4254a6fa7220655875ab9d8354d4cc2e.ppt
- Количество слайдов: 61
www. ofm. org. mt ĠESỪ: IL-QAWMIEN TAGĦNA 5 Ħadd tar-Randan Sena A
L-EWWEL QARI Qari mill-Ktieb tal -Profeta Eżekjel Eż 37, 12 -14
Hekk qal Sidi l. Mulej: “Ara, jiena niftaħ l-oqbra tagħkom u ntellagħkom milloqbra tagħkom, ja poplu tiegħi, u nġibkom lura f’art Israel.
Imbagħad tkunu tafu li jiena l. Mulej, meta niftaħ l-oqbra tagħkom u ntellagħkom milloqbra tagħkom, ja poplu tiegħi.
U jiena nqiegħed ruħi fikom, u terġgħu tieħdu lħajja. Nagħtikom il -mistrieħ f’artkom, u tkunu tafu li jiena l-Mulej. Hekk għedt, u hekk nagħmel. ”
Il-Kelma tal. Mulej Inroddu ħajr lil Alla
SALM RESPONSORJALI Salm 129 Għand il. Mulej hemm it-tjieba.
Mill-qiegħ nett insejjaħlek, Mulej: Mulej, isma’ l-leħen tiegħi! Ħa jkunu widnejk miftuħa għal-leħen tat-talb tiegħi.
R/. Għand il. Mulej hemm it-tjieba.
Jekk tal-ħtijiet int tagħti każ, Mulej, min jista’ jżomm sħiħ? Imma, għandek hemm il-maħfra, biex hekk int tkun miqjum.
R/. Għand il. Mulej hemm it-tjieba.
Jien lill-Mulej nistenna, ruħi f’kelmtu tittama. Tistenna ruħi ’l- Mulej aktar milli l-għassiesa s-sebħ.
R/. Għand il. Mulej hemm it-tjieba.
Ittama, Iżrael, fil-Mulej; għax għand il-Mulej hemm it-tjieba, u l-fidwa hi għandu bil-kotra. Hu jifdi lil Iżrael mill-ħtijiet tiegħu kollha.
R/. Għand il. Mulej hemm it-tjieba.
IT-TIENI QARI Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir. Rumani Rum 8, 8 -11
Ħuti; Dawk li jgħixu skond ilġisem ma jistgħux jogħġbu lil Alla.
Iżda intom ma tgħixux skond ilġisem, imma skond l-Ispirtu, ladarba hemm l. Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom.
Jekk xi ħadd ma għandux fih l-Ispirtu ta’ Kristu, dan mhuwiex tiegħu.
Imma jekk Kristu jgħammar fikom, ukoll jekk il-ġisem hu mejjet minħabba fiddnub, imma lispirtu hu ħaj minħabba filġustifikazzjoni.
Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom,
dak stess li qajjem lil Kristu millimwiet iqajjem għall-ħajja wkoll ilġisem tagħkom li jmut, bis-saħħa ta’ l-Ispirtu tiegħu li jgħammar fikom.
Il-Kelma tal. Mulej Inroddu ħajr lil Alla
Glorja u tifħir lilek, Kristu! Jien hu l-qawmien u l-ħajja, igħid il-Mulej; kull min jemmen fija, dan ma jmut qatt. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
L-EVANĠELJU Qari mill. Evanġelju ta’ San Ġwann. Ġw 11, 1 -45
F’dak iżżmien: Kien hemm wieħed marid, Lażżru minn Betanja, ir-raħal ta’ Marija u oħtha Marta.
Marija kienet dik li dilket il-Mulej b’żejt ifuħ u li xxottatlu riġlejh b’xagħarha; Lażżru, li marad, kien ħuha.
Iż-żewġ nisa aħwa bagħtu jgħidu lil Ġesù: “Mulej, ara, ħabibek marid. ”
Meta sema’ laħbar Ġesù qal: “Din mhijiex marda talmewt, iżda għall -glorja ta’ Alla, biex biha jissebbaħ l-Iben ta’ Alla. ”
Ġesu kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lażżru.
Meta sema’ li dan marad, baqa’ jumejn oħra fejn kien, u mbagħad qal lildixxipli: “Imxu nerġgħu mmorru l-Lhudija. ”
Qalulu ddixxipli: “Rabbi, għadhom kemm kienu qegħdin ifittxu li jħaġġruk, u int rieġa’ sejjer hemm? ”
Weġibhom Ġesu: “Mhux tnax-il siegħa fiha l-ġurnata? Sakemm wieħed jimxi bin-nhar, ma jaħbat ma’ mkien, għax ikun qiegħed jara d-dawl ta’ din id -dinja;
imma jekk jimxi bil-lejl, jaħbat ma’ xi mkien, għax ma jkollux dawl. ”
Hekk qalilhom; imbagħad issokta jgħidilhom: “Ħabibna Lażżru rieqed, iżda ejjew immorru nqajmuh. ”
Qalulu d-dixxipli: “Mulej, jekk hu rieqed, jiġifieri se jfiq. ” Iżda Ġesu kien tkellem mill-mewt tiegħu,
u huma ħaduha li kien qalilhom fuq l-irqad ta’ meta wieħed ikun bin-ngħas. Imbagħad Ġesu qalilhom ċar u tond: Lażżru miet.
U jiena nifraħ minħabba fikom li ma kontx hemm, ħalli temmnu. Iżda imxu mmorru sa ħdejh. ”
Tumas, imlaqqam it-Tewmi, qal lil sħabu d-dixxipli: “Immorru aħna wkoll ħa mmutu miegħu. ”
Meta wasal Ġesù sab li kien ġa ilu erbat ijiem filqabar. Betanja kienet qrib Ġerusalem, xi żewġ mili ’l hemm minnha.
Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex ifarrġuhom, minħabba filmewt ta’ ħuhom.
Kif semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar.
Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku int kont hawn, ħija ma kienx imut. Imma jien naf li kull ma int titlob ’l Alla, hu jagħtihulek, issa wkoll. ”
Ġesù qal lil Marta: “Ħuk jerġa’ jqum!” Qaltlu Marta: “Jiena naf li jerġa’ jqum fl-aħħar jum. ”
Qalilha Ġesù: “Jien hu l-qawmien u lħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, ikollu lħajja; u kull min igħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt.
Temmnu int dan? ” “Iva, Mulej, ” weġbitu; “Jiena nemmen li inti l -Messija, l-Iben ta’ Alla, dak li ġie fid-dinja. ”
Kif qalet dan, marret issejjaħ lil oħtha Marija u minn taħt l-ilsien qaltilha: “L -Imgħallem hawn u qiegħed isejjaħlek. ”
Dik, malli semgħetha qamet minnufih u marret ħdejh. Ġesù kien għadu ma daħalx ir-raħal, imma baqa’ fejn kienet ġiet tiltaqa’ miegħu Marta.
Il-Lhud li kienu d-dar ma’ Marija biex ifarrġuha, kif rawha tqum malajr u toħroġ, marru warajha, għax stħajluha sejra fuq ilqabar biex toqgħod tibki hemm.
Meta Marija waslet fejn kien Ġesù u ratu, inxteħtet f’riġlejh tgħidlu: “Mulej, kieku int kont hawn, ħija ma kienx imut. ”
Kif ra lilha tibki, u l-Lhud, li ġew magħha, jibku wkoll, Ġesù ħassu mnikket u mħawwad ħafna. “Fejn qegħidtuh? ” staqsiehom.
Huma weġbuh: “Mulej, ejja u ara. ” Ġesu beka. Għalhekk il. Lhud qalu: “Ara kemm kien iħobbu!” Iżda xi wħud minnhom qalu:
“Ma setax dalbniedem, li fetaħ għajnejn lagħma, jagħmel ukoll li dan ma jmutx? ”
Ġesù ħassu mqanqal għal darb’oħra u resaq lejn il-qabar. Dan kien għar b’ġebla mqiegħda fuqu. Ġesù qal: “Neħħu l-ġebla. ”
Marta, oħt ilmejjet, qaltlu: “Mulej, issa beda jinten: ġa ilu erbat ijiem mejjet. ” Qalilħa Ġesù: “Ma għedtlekx li, jekk inti temmen, tara l -glorja ta’ Alla? ”
Imbagħad neħħew il-ġebla. Ġesù refa’ għajnejh ’il fuq u qal: “Missier, irroddlok ħajr li smajtni.
Kont naf li inti dejjem tismagħni imma għedt dan minħabba fin-nies li hawn madwari, biex huma jemmnu li inti bgħattni. ”
Kif qal hekk, għajjat b’leħen għoli: “Lażżru, oħroġ. ” U dak li kien mejjet ħareġ, b’idejh u riġlejh infaxxati u b’maktur ma’ wiċċu.
Ġesù qalilhom: “Ħollulu l-faxex u ħalluh imur. ” Ħafna mil-Lhud li kienu ġew għand Marija, u li raw dak li għamel Ġesu, emmnu fih.
Il-Kelma tal-Mulej It-tifħir lilek Kristu
www. ofm. org. mt ĠESỪ: IL-QAWMIEN TAGĦNA 5 Ħadd tar-Randan Sena A


